Fl-aħħar 24 siegħa tilfu ħajjithom żewġ persuni oħra kawża tal-Covid-19, raġel ta’ 75 sena u mara ta’ 77 sena.
Dan filwaqt li tħabbar li nstabu 301 ġid tal-virus filwaqt li fiequ 1,133. B’hekk, il-każi attivi niżlu taħt l-10,000 bit-total hu dak ta’ 9,920.
Bħalissa hemm 102 pazjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei għal sintomi li għandhom, bi tmienja minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
U sal-bieraħ ingħataw iktar minn 305,000 doża tal-booster.
//= $special ?>