Huma bosta l-Ministri u d-Deputati Laburisti li huma urtati bi Clyde Caruana wara t-tħabbira tat-tkeċċijiet fl-Air Malta ma niżlet tajjeb xejn, b’ħafna fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista qed jgħidu li mhux sew li din id-deċizzjoni ttieħdet ftit qabel l-elezzjoni.
Dan qalitu l-gazzetta illum fil-faċċata tagħha fejn irrappurtat li deċizzjoni bħal din tfisser illi 400 ħaddiem tal-linja nazzjonali tal-ajru se jitneħħew minn fuq il-kotba tal-kumpanija.
Ir-rabja kienet l-aktar għal-lingwaġġ li uża Clyde Caruana biex skont dawk f’Kastilja, jidher sabiħ hu, u jfarfar fuq dawk kollha li ġew qablu.
Il-gazzetta illum spjegat hemm elementi fi ħdan il-Kabinett u l-Grupp Parlamentari li huma urtati għall-mod kif il-Ministru Carauna qed jitlaq jiġri bi kliemu. Bl-istess sorsi jgħidu li Clyde Caruana ried jipprova juri li hu qed ikisser dak kollu li sar fl-Air Malta.
It-Times of Malta min-naħa tagħha tat ħarsa lejn il-fatt li l-pjan ta’ ristrutturar fl-Air Malta għadu ma ġiex ippubblikat, u tenniet li dan għadu sigriet. Hija qalet li l-kummenti li għadda l-Kap Eżekuttiv tal-Air Malta David Curmi wkoll iġibu tħassib.
L-editorjal qal li t-tkeċċija ta’ dawn l-impjegati se jkollha impatt anki fuq l-ekonomija ta’ pajjiżna.
Apparti minn hekk, l-Air Malta fl-aħħar snin kellha amministrazzjonijiet li fallew, bil-Maltin jispiċċaw iħallsu t-taxxi biex din il-linja tal-ajru baqgħet tiffunzjona, filwaqt li l-poplu kollu ħaqqu apoloġija għal mod ħażin kif ġiet indirizzata din is-sitwazzjoni fl-aħħar snin.
//= $special ?>