Lokali

Dritt għal risposta minn One News

Il-Kap tal-Aħbarijiet ta’ ONE News ċaħad kategorikament li f’artiklu fil-portal tiegħu dwar dak li kiteb id-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo fil-ħarġa tal-Mument tad-9 ta’ Jannar 2022, għadda kummenti insolenti fil-konfront ta’ Bartolo.

ONE News qed jgħid li rrapporta biss dak li propju kiteb id-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.

Id-deputat Nazzjonalista minn naħa tiegħu diġa’ talab lill-Kummissarju tal-Pulizija jinvestiga kull kumment li nkiteb dwaru fuq il-portal tal-media Laburista, taħt il-post “Pajjiżi kiel lil niesi”.