Futbol Sport

Fi Spanja player jintlaqat b’oġġett f’rasu… Titwaqqaf il-partita bejn Sevilla u Real Betis

Fi Spanja il-partita mill-Copa del Rey bejn Sevilla u Real Betis kellha titwaqqaf wara li l-player ta’ Sevilla Joan Jordan intlaqat minn oġġett li ntefa’ fil-ground mill-partitarji ta’ Real Betis. Kien Papu Gomes li tefa’ lil Sevilla fil-vantaġġ qabel Nabil Fekir kiseb il-gowl tad-draw għal Betis.

Kien hawnhekk li waqt li l-plejer kienu qed jifirħu fejn l-bandiera tal-corner, li xi partitarji ta’ Betis waddbu oġġett li laqat lill-midfielder Joan Jordan f’rasu, bil-player jaqa’ mal-art. Konsegwenza ta’ dan ir-referee tal-partita ma kellu ebda għażla ħlief jwaqqaf il-partita hekk kif ħarġu l-physios biex jdewwu l-player.

L-Assoċjazzjoni tal-Futbol Spanjola qalet li l-partita mill-Copa del Rey kellha tiġi posposta u d-data ta meta se titkompla se titħabbar aktar f’data ‘il quddiem.