Lokali

It-turiżmu ma jistax jiffunzjona mingħajr l-Air Malta – MHRA

“Hija importanti ferm li l-Gżejjer Maltin jkollhom linja tal-ajru” – Hekk saħqet l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Ristoranti (MHRA) meta għamlet referenza għall-fatt li l-Gvern Laburista se jkeċċi nofs il-ħaddiema li jaħdmu mall-Air Malta, għax skont Clyde Caruana m’hemmx biżżejjed flus biex jżommuhom.

L-MHRA kompliet biex tgħid li għal diversi snin, huma sostnew l-importanza li l-airmalta taħdem b’mod sostenibli u qalu li t-tkeċċija ta’ diversi ħaddiema mill-airmalta kienet inevitabli. Dan hekk kif matul is-snin il-Gvern daħħal ħafna ħaddiema bl-addoċċ f’diversi pożizzjonijiet li kellhomx bżonn ħaddiema, bir-riżultat li hekk kif qalet l-MHRA, l-Air Malta kienet qed titmexxa b’mod irresponsabli, bir-riżultat li issa ma kienx hemm għażla oħra ħlief li jitkeċċew in-nies.

L-MHRA stqarret li mill-1974 l-Air Malta kellha rwol vitali fl-appoġġ tal-iżvilupp ekonomiku, soċjali u kulturali nazzjonali billi tiżgura konnettivita stabbli bejn Malta, l-Ewropa u pajjiżi lil hinn minnha. Kompliet biex tgħid li l-Air Malta tikkontribwixxi għal 30% tat-traffiku u tiżgura li s-settur tat-turiżmu jibqa jiffunzjona lejn pajjiżna matul is-sena kollha, speċjalment fix-xitwa fejn l-Air Malta toffri is-serivzzi tagħha tal-ajru għal madwar 50% tal-passiġġieri.

l-MHRA qalet li ilha ssegwi mill-qrib il-proċess ta’ ristrutturar fi ħdan l-Air Malta u li qed tarah bħala konfuż u kontradittorju. Dan filwaqt li saħqet li jekk ħa jkompli r-ristrutturar, jkompli b’mod raġonevoli u b’konsultazzjoni ma diversi individwi li huma esperti fis-settur tal-avjazzjoni.

Tags