Lokali

“Jien Laburist ħa nivvota PN”

Persuna fuq Facebook, li stqarr li hu Laburist, kiteb li minħabba r-restrizzjonijiet deskritti bħala inġusti tal-Covid-19, hu se jivvota lill-Partit Nazzjonalista.

Fil-post tiegħu qal li ma jistax jifhem kif il-barbiera, in-nail technicians, il-physios u dawk li jaħdmu fis-supermarkets ma jkollhomx kuntatt man-nies.

Huwa kompla li dawk li jmorru fil-gyms ikunu waħedhom u mhux contact sport.

Fl-aħħar jiem ir-rabja dwar din it-tema ilha tinħass minn għadd ta’ persuni li tkellmu ma’ Net News u sejħu d-deċizzjoni tal-Gvern bħala waħda inġusta.

Dalgħodu tul intervista l-Kap tal-PN qal li l-Partit Nazzjonalista hu favur il-vaċċin u l-booster. It-tnejn qed jagħmlu xogħolhom u li l-PN jemmen bis-sħiħ fix-xjenza, iżda l-Partit Nazzjonalista jemmen ukoll fil-libertà, ir-raġunar u l-bilanċ. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li għandna nipperswadu lin-nies u mhux nisfurzawhom għaliex ir-raġuni ma tridx forza.