Lokali Qorti

Mandat ta’ inibizzjoni minn negozjanti kontra r-regoli l-ġodda dwar it-tilqim

Grupp ta’ 17-il negozjonat u stabbiliment fil-qasam tad-divertiment u l-impjegati tagħhom, il-Ħadd talbu qorti biex timblokka regolamenti ġodda dwar il-COVID-19 li jidħlu fis-seħħ nhar it-Tnejn. Dawn qed jgħidu li se jiġu affettwati direttament minn regoli ġodda dwar il-vaċċini li se jidħlu fis-seħħ u għaldaqstant ressqu azzjoni legali fil-qorti kontra l-miżuri l-ġodda.

Huwa ressqu mandat ta’ inibizzjoni, bl-atturi jsemmu diversi klawsoli fil-Kostituzzjoni u l-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar id-diskriminazzjoni, id-dritt għax-xogħol u l-qliegħ tal-għajxien, u d-dritt għall-ħajja fil-familja.

L-Imħallefn Miriam Hayman iżda ma laqgħetx talba għal mandat provviżorju ta’ inibizzjoni u minflok iddeċidiet li tisma’ l-merti tal-każ fit-28 ta’ Jannar, li jfisser li r-regoli l-ġodda dwar il-COVID mhux se jitwaqqfu sa mill-inqas dak iż-żmien. Dawn ir-regolamenti huwa ferm kontroversjali, b’mijiet ta’ nies joħorġu fit-toroq tal-Belt Valletta l-Ħadd filgħodu biex jipprotestaw.

Il-Partit Nazzjonalista wkoll ħareġ kontra r-regoli l-ġodda bil-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech jiddeskrivihom bħala “inkwiżizzjoni kontra d-drittijiet tal-bniedem”. Skont ir-regoli l-ġodda, se jkun meħtieġ ċertifikat tal-vaċċin biex jidħol f’numru ta’ stabbilimenti tal-catering u tad-divertiment, inklużi bars u nightclubs, ristoranti, ċinema u gyms fost diversi oħrajn. Ir-regoli jgħidu wkoll li l-front liners, u dawk li jittrattaw mal-klijenti, jkunu mlaqqma għal kollox. L-avukati Franco Debono Arthur Azzopardi, Keith Borg u Eric Micallef Figallo qegħdin jidhru għan-negozjanti.

Fost il-problemi li qegħdin jantiċiapaw li se jiffaċċaw l-istabbilimenti huma nuqqas ta’ staff u dan kollu minħabba r-regolamenti l-ġodda. Huwa mifhum li aktar negozjanti jingħaqdu mal-grupp ta’ 17 u qed jintalab biex kemm jista’ jkun ma jixxandrux l-ismijiet ta’ min fetaħ il-kawża fil-Qorti minħabba l-biża ta’ tpattija.

Mit-Tnejn, 17 ta’ Jannar ċertifikat Malti jitqies wieħed validu jekk id-detentur ħa doża tal-booster inqas minn disa’ xhur ilu jew ħa d-dożi inizjali inqas minn tliet xhur ilu. Kull min ħa doża booster għandu jerġa’ jipprintja ċ-ċertifikat tal-vaċċin fuq certifikatvaccin.gov.mt.

Iċ-ċertifikat għandu juri li t-tliet dożi kollha, tnejn fil-każ ta’ dawk li ngħataw jab ta’ doża waħda, li ġew amministrati u li għaddew 14-il jum minn meta ngħatat id-doża booster.