Internazzjonali Sport Sport Ieħor

Novak Djokovic se jkun deportat wara li tilef it-tieni appell

(Ritratt: EPA)

It-tennista Serb Novak Djokovic se jkun deportat mill-Awstralja wara li tilef it-tieni appell tiegħu biex jilgħab fl-Open tal-Awstralja. Djokovic appella mid-deċiżjoni tal-Ministru tal-Immigrazzjoni Awstraljan Alex Hawke li rrevoka l-visa tas-Serb għat-tieni darba, wara li Djokovic inizjalment rebaħ l-ewwel appell biex jibqa’ fil-pajjiż.

Hawke qal li l-preżenza ta’ Djokovic fil-pajjiż kienet se toħloq sentiment kontra l-vaċċin fost sezzjoni ta’ persuni Awstraljani. B’reazzjoni għal dan Djokovic qal li hu diżappuntant ferm b’din id-deċiżjoni iżda se jkun qed jikkopera mal-awtoritajiet sabiex jirritorna lura pajjiżu.

Il-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison laqa’ d-deċiżjoni tal-qorti fejn stqarr li kienet fl-interess tal-poplu Awstraljan li Djokovic ma jitħallix fil-pajjiż sabiex tkun issalvawardjata s-saħħa tagħhom.

B’hekk din id-deċiżjoni iġġib fi tmiem saga ta’ 10 t’ijiem dwar il-visa ta’ Novak Djokovic hekk kif it-tennista prova jidħol fil-pajjiż mingħajr vaċċin. Id-deportazzjoni ta’ Djokovic itemm ukoll it-tama tas-Serb li jirbaħ l-10 Grand Slam fl-Awstralja.