Futbol Sport

Rafa Benitez jitneħħa minn coach ta’ Everton

(Ritratt: EPA)

L-Ispanjol Rafa Benitez tkeċċa mill-kariga ta’ coach ta’ Everton wara serje ta’ riżultati negattivi għal club. Wara t-telfa ta’ lbieraħ kontra Norwich, il-bord tad-diretturi ta’ Everton iddiskutew is-sitwazzjoni tal-club u ddeċidew li għandu jitneħħa Benitez. L-Ispanjol ta’ 61 sena issieħeb lil Everton fis-sajf li għadda u ħa post Carlo Ancelotti f’Goodison Park.

Madanakollu l-partitarji ta’ Everton qatt ma kienu konvinti bl-istil ta’ logħob tiegħu, bit-tim minn Merseyside jitlef 10 mid-19-il partita li lagħbu matul dan l-istaġun. Intant, Everton qalu li se jkunu qed iħarsu li jaħtru coach ġdid fil-jiem li ġejjin, bit-tim jinsab fis-16-il post tal-klassifika b’19-il punt.