Futbol Sport

Real Madrid jirbħu s-Super Cup wara li għelbu lil Athletic Bilbao fil-finali

(Ritratt: EPA)

Real Madrid rebħu s-Super Cup Spanjola wara li fl-Arabja Sawdija għelbu lil Athletic Bilbao bl-iskor ta’ 2-0. Real Madrid fetħu l-iskor fit-38 minuta meta minn kontrattakk veloċi kien Rodrygo li għadda tajjeb fuq in-naħa tal-lemin, qassam lejn Luka Modric li b’xutt minn barra l-kaxxa għeleb lil Unai Simon għal 1-0. Huma rdoppjaw fit-52 minuta meta ir-referee ordna penalty, b’Karim Benzema mill-ħdax-il metru ma jiżbaljax għal 2-0. Fis-87 minuta Real Madrid spiċċaw b’10 plejers meta tkeċċa għalihom Eder Militao hekk kif mess il-ballun b’idu fil-kaxxa, bir-referee jordna penalty. Minkejja dan mll-ħdax-il metru Raul Garcia ra x-xutt tiegħu salvat b’mod spettakolari mill-goalkeeper Thibaut Courtois għal skor finali ta’ 2-0.