Lokali

Sejħa oħra biex jinstab raġel irrapurtat nieqes

Alsagheer Mohamed Rajab Ali, Libjan ta’ 29 sena, residenti fiċ-ċentru ta’ riabilitazzjoni ta’ Santa Marija f’Ħal Luqa, ilu kważi tliet ġimgħat irrapurtat nieqes lill-Pulizija.

Il-Pulizija terġa’ tfakkar biex kull min għandu xi informazzjoni, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.