Internazzjonali Lokali

“Hemm bżonn jissaħħaħ il-Parlament Ewropew u jsiru r-riformi meħtieġa”

“Wasal iż-żmien li l-Parlament Ewropew isiru riformi li tant huma meħtieġa”

Hekk stqarret il-Membru Parlamentari Maltija u l-kandidata għal-Presidenza tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola meta is-Sibt kienet intervistata dwar din il-kanditatura tagħha – f’elezzjoni li se tkun missielta ferm, bejn erba’ kandidati.

Matul din l-intervista Roberta Metsola qalet li hi tiftakar preċiżament id-dibattitu li kien għaddej f’pajjiżna qabel l-2003 rigward jekk Malta għandiex tifforma parti minn Ewropa magħquda.

Roberta Metsola stqarret li kien f’dan il-punt, waqt dan id-dibattitu dwar il-futur ta’ pajjiżna, fejn hi ħasset is-sejħa politika. U f’dak iż-żmien ta’ inċertezza hi bdiet il-ħidma tagħha biex titkellem b’saħħa favur l-għażla li Malta tissieħeb mal-Unjoni Ewropeja.

Roberta Metsola iddikjarat li hi tifhem l-importanza tal-kariga ta’ President tal-Parlament Ewropew.

Hi stqarret li tinsab ppreparata għal dan l-irwol, u lesta li tkun ta’ simbolu għan-nisa Ewropej kollha biex twassal il-messaġġ li fl-Unjoni Ewopeja tista’ tagħmel differenza.

Roberta Metsola qalet ukoll li f’dawn l-aħħar snin l-Unjoni Ewropeja iffaċjat sensiela ta’ sfidi; inkluż pandemija li bidlet l-ħajja ta’ kuljum għaċ-ċittadini Ewropej. Iżda kommessa li anke f’dawn iċ-ċirkustanzi, tibqa’ taħdem favur iċ-ċittadini kollha.

S’issa, hemm tlieta li se jkunu qiegħdin iħabbtuha ma’ Roberta Metsola għall-kariga ta’ President tal-Parlament Ewropew.

Tags