Lokali

27 Kunsilli Lokali ħadu anqas milli kemm se tieħu il-canvasser tal-Ministru Fearne

27 Kunsill Lokali f’Malta u Għawdex ħadu bejniethom €670,000 minn skema tad-Diviżjoni għall-Gvern Lokali biex isebbħu u jmantnu spazji pubbliċi bħal ġonna u bandli li joffru mumenti ta’ serħan, kemm fiżiku u anke mentali. Dan ifisser li ħadu anqas minn mill-se tkun qed tieħu Carmen Ciantar, il-canvasser u l-campaign Manager tal-Ministru Chris Fearne, salarji ta’ €715,000 f’kuntratt għal ħames snin. Dan ifisser li kull wieħed il-Kunsilli Lokali se jkun ħadu ftit anqas minn €25,000 kull wieħed. Anqas minn xahrejn paga

Il-Gvern qal li b’din l-iskema, il-Kunsill Lokali qed ikomplu jtejbu l-ambjent u l-faċilitajiet pubbliċi fil-lokalitajiet għall-ġid tar-residenti u l-familji. Il-Ministru għall-Gvern Lokali, José Herrera, qal li wara s-suċċess tal-ewwel skema, id-Diviżjoni tal-Gvern Lokali se joħroġ skema oħra ħalli l-Kunsilli Lokali jkomplu jsebbħu l-ispazji pubbliċi.

Ħafna mir-rappreżentanti tal-Kunsilli Lokali qegħdin jistaqsu x’jistgħu jagħmlu b’anqas minn  €25,000 ta’ fondi. Il-Viċi Prim Ministru, Chris Fearne, ta kuntratt lussuż ta’ €163,000 fis-sena lill waħda mill-campaign managers tiegħu, Carmen Ciantar, lura fl-2019 bħala Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, fondazzjoni li taqa’ direttament taħt id-dekasteru tal-Ministeru tas-Saħħa.