Lokali

“Tal-mistħija, tliet sigħat u tkun għadek tistenna”

Jidher li jekk kont ġej lura minn Għawdex il-Ħadd filgħaxija, domt ftit tistenna biex tirkeb il-vapur lura lejn Malta.

Fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Maltese Roads Traffic Updates saħqu li l-Ħadd filgħaxija kien hemm traffiku kbir ta’ għall-vapur.

F’kummenti fuq l-istess post, kienu diversi nies li esprimew ir-rabja tagħhom li kellhom saħansitra jaħlu tliet sigħat jistennew li xi darba jasal ħinhom u jkunu jistgħu jaslu lura lejn djarhom.