Mil-lum daħlu fis-seħħ numru ta’ restrizzjonijiet ġodda abbinati mal-Covid-19.. fejn fost l-oħrajn, kulħadd se jkollu bżonn ċertfikat validu tal-booster sabiex jidhol f’ristoranti, bars, clubs jew kazini, snack bars, cinemas, teatri, casinos, gyms, swimming pools, spas, attivitajiet sportivi u attivitajiet tal-massa. Min tlaqqam biz-zewg dozi fl-ahhar tliet xhur…ukoll jista’ jaccessa dawn l-istabbilimenti.
Iċ-ċertifikat tat-tilqim kontra l-Coronavirus jitqies bħala wiħed validu sa disa’ xhur mid-doża tal-booster, b’eżenzjoni biss għal dawk in-nies li riċentement irkupraw mill-virus, u għalhekk ma setgħux jieħdu l-booster.
Dawk l-istabbilimenti jew organizzaturi li jinqabdu ma jsegwux mar-restrizzjonijiet il-ġodda tal-Covid-19 se jkunu suġġetti għal multa ta’ €500 għal kull ksur.
Aparti dan, il-ħaddiema li jkunu f’kuntatt dirett man-nies għandhom l-obbligu li jieħdu l-booster tal-vaċċin, iridu u ma jridux … għalkemm din ir-regola se tibda tappilka mill-ewwel jum ta’ Frar. Filwaqt li dawk il-ħaddiema li ma jkunux f’kuntatt dirett man-nies huma eżenti milli jipprovdu ċertifikat validu tal-vaċċin fuq il-post tax-xogħol.
Mit-Tnejn ukoll, l-użu tal-maskra fuq barra m’għadux aktar obbligatorju għal dawk buss imlaqqma bil-booster…iżda trid tintlibes fi grupp ta’ aktar minn żewġ persuni.
Dan filwaqt li fir-ristoranti, barijiet u snackbars id-distanza soċjali m’għadiex obbligatorja…ġaladarba l-klijenti u l-ħaddiema jkunu mlaqqma bil-booster.
//= $special ?>