Fl-aħħar sigħat ġew irreġistrati 288 każ ġdid tal-Covid-19. Dan filwaqt li 699 persuna ġew irreġistrati bħala mfejqa sabiex b’hekk l-każi attivi f’pajjiżna issa jammontaw għal madwar 9,500.
Bejn il-Ħadd u t-Tnejn il-pazjenti pożittivi rikoverati fl-Isptar Mater Dei komplew jiżdiedu hekk kif issa qed jammontaw għal 124, bi tmienja minnhom jinsabu rikoverati fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Fortunatament ma ġiet irreġistrata ebda mewta kawża tal-Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa sabiex b’hekk il-vittmi baqgħu jammontaw għal 506.
//= $special ?>