Futbol Sport

Il-Kamerun u l-Burkino Faso mal-aħħar sittax tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani

F’Olembe Stadium il-Kamerun kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 kontra Cape Verde iżda assiguraw posthom fil-quċċata ta’ Grupp A u kwalifikazzjoni għar-round li jmiss. Kienu l-Kamerun li fetħu l-iskor fid-39 minuta meta kien il-captain Vincent Aboubakar li skorja l-ħames gowl tiegħu matul din il-kompetizzjoni għal 1-0. Il-Cape Verde kisbu d-draw tmien minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima meta kien is-sostitut Garry Rodrigues li xeħet ġewwa għal 1-1.

Il-Burkino Faso wkoll għamluha mal-aħħar timijiet fil-kompetizzjoni meta kisbu draw ta’ 1-1 kontra l-Etjopja. Kienu l-istess Burkina Faso li marru fil-vantaġġ fil-25 minuta meta kien Cyrille Bayala li qabbeż minn fuq il-goalkeeper Teklemariam Shanko għal 1-0. Fit-52 minuta l-Etjopja kisbu l-gowl tad-draw meta mill-ħdax-il metru kien il-captain Getaneh Kebede li kkonkluda fix-xibka għal 1-1.

TAZZA TAN-NAZZJONIJIET AFRIKANI

Grupp A Burkino Faso v Etjopja 1-1, Cape Verde v Kamerun 1-1