Lokali Unjoni Ewropea

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista fi Strasburgu biex jappoġġja lil Roberta Metsola

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech jinsab fi Strasburgu biex jagħti s-sostenn tiegħu lil Roberta Metsola li għada se tkun qed tikkontesta l-elezzjoni għall-Presidenza tal-Parlament Ewropew.

F’kummenti li ta lil Net News, Bernard Grech qal li hu attenda għaċ-ċerimonta ta’ tislima li saret fil-Parlament Ewropew lil David Sassoli u sellimlu u raddlu ħajr tax-xogħol li għamel fl-aħħar sentejn u nofs. Madankollu huwa saħaq li hu jinsab fi Strasrburgu biex jagħti l-appoġġ sħiħ tiegħu lill-Membre Parlamentari Ewropew tal-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola għall-elezzjoni t’għada.

Hu qal li mhux biex ried iwassa l-appoġġ tiegħu personali u dak tal-uffiċjali kollha tal-Partit Nazzjonalista, imma ried ukoll iwassal l-appoġġ tal-poplu Malti u Għawdxi kollu għax dan hu mument li għandu jagħmel kburi lil kull wieħed u waħda minna.