Lokali

Il-PN jappella lil Abela biex jiddeċiedi u jispjega

L-għada li l-Prim Ministru ftaħar li fi żmienu ma kienx hemm każ wieħed ta’ governanza ħażina, issa qed jaffaċċja r-riżenja tas-Segretarju Permanenti Frank Fabri wara li Justyne Caruana tat kuntratt minn fondi pubbliċi lill-ħabib tagħha.

Il-Partit Nazzjonalista qal, fi stqarrija, li issa Abela jrid jiddeċiedi u jispjega għaliex Justyne Caruana għadha Deputat u għaliex Chris Fearne qed jibqa’ għaddej qisu xejn mhu xejn meta qed iħallas lill-Campaign Manager tiegħu u Chief of Staff €13,000 fix-xahar b’mod irregolari.