Kunsilli Lokali Lokali

John B. Dougall elett fil-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema

John B. Dougall kien elett fil-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema wara l-elezzjoni każwali li saret illum biex jimtela’ s-siġġu battal wara r-riżenja ta’ Anthony Chircop.

L-elezzjoni saret fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar bis-sistema elettronika wara li fl-elezzjonijiet lokali u tal-Parlament Ewropew, li nżammu fl-2019, kien introdott il-proċess ta’ scanning ta’ kull polza tal-vot.

Ir-riżenja ta’ Chircop wasslet ukoll biex Graziella Attard Previ saret is-Sindku l-ġdida tal-lokalità.