“L-Air Malta għandha topera fuq bażi kummerċjali”, hekk saħet l-Gozo Tourism Authority. Hija stqarret li minħabba li din hija l-linja nazzjonali tal-ajru u għalhekk għandna nieħdu ħsieba.
Madankollu, xi deċiżjonijiet diffiċli kellhom jittieħdu sabiex jiġi żgurat li l-Air Malta topera b’mod aktar effiċjenti filwaqt li jaqdu l-bżonnijiet tal-ekonomija Maltija, partikolarment dawk tat-turiżmu.
Il-Gżejjer Maltin ma jaffordjawx li jsiru dipendenti għal kollox minn linji tal-ajru oħrajn.
Madankollu, il-Gżejjer tagħna għandu jkollhom u jistħoqqilhom linja tal-ajru li topera b’mod aktar effiċjenti u li tista’ timxi ‘l quddiem b’mod sostenibbli
//= $special ?>