Sport Sport Ieħor

L-Awstraljan Neil Robertson jirbaħ it-titlu tal-Masters għat-tieni darba

L-Awstraljan Neil Robertson rebaħ it-tieni titlu tal-Master fil-karriera tiegħu meta fil-finali għeleb lil Barry Hawkins 10-4 fl-Alexandra Palace f’Londra. Hu kien rebaħ l-ewwel titlu tal-Masters fl-2012, biex issa sar l-għaxar player li rebaħ dan l-unur għal aktar minn darba.

Robertson temm l-ewwel sessjoni b’vantaġġ ta’ 5-3 b’Hawkins jagħmel diversi żbalji li għinu biex Robertson jiftaħ dan il-vantaġġ faċilment. Robertson elimina lil Ronnie O’Sullivan fil-kwarti finali u lil Mark Williams fis-semi finali biex rebaħ dan it-titlu. Minbarra t-trofew Robertson ħa wkoll miegħu £250,000 bir-runner up Barry Hawkins jieħu £100,000.

Intant bir-rebħ ta’ dan l-unur Robertson kompla jżied mal-kollezzjoni prestiġjuża ta’ titli li rebaħ fosthom tlieta UK Championships, il-World Championship fl-2010 kif ukoll sitt darbiet it-Triple Crown Event.