Lokali Unjoni Ewropea

M’għandix dubju li Metsola kapaċi tagħmilna kburin – Bernard Grech

Wara li llum sellimna lil David Sassoli, għada nappoġġjaw lil Roberta Metsola.

Hekk kiteb il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fuq Facebook, hekk kif illum kien fost il-mexxejja internazzjonali li attendew għaċ-ċerimonja ta’ tislima lill-President tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu.

Bernard Grech kompla li l-MEP Nazzjonalista u Maltija għandha żarbun kbir x’tilbes, iżda qal li m’għandux dubju li Metsola kapaċi tagħmilna kburin, kif dejjem għamlet.