Lokali

“M’għandnix niċħdu l-ovvju fil-każ ta’ Paulina Dembska”

Il-Malta Women’s Lobby juru d-diżappunt sħiħ tagħhom li l-pulizija u s-soċjetà qed ikomplu jippruvaw jiċħdu l-ovvju fil-każ ta’ Paulina Dembska.

Il-fatt li l-akkużat attakka żewġt irġiel qabel ma kompla allegatament joqtol u stupra lill-vittma ma jnaqqasx mill-fatt li għamel hekk għax kienet mara.

Filwaqt li l-Femiċidju huwa spiss assoċjat ma’ vjolenza minn sieħeb intimu, mhux hekk biss. Il-femiċidju huwa dwar il-poter u l-kontroll tal-irġiel fuq in-nisa. Huwa biss l-aħħar pass kontinwu ta’ vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, f’kuntest fejn din it-tip ta’ vjolenza ġiet normalizzata.

Meta saħqu li MHUX każ ta’ Femiċidju l-pulizija qed jagħlqu għajnejhom għall-mudelli sistemiċi ta’ sessi li jwasslu għall-Femiċidju.

Huma l-irġiel li jgergru man-nisa, l-irġiel li jsegwuhom u jgħajjruhom, l-irġiel li jattakkawhom u jqanqlu l-biża, l-irġiel li jistupruhom, u huma l-irġiel li ġeneralment joqtlu n-nisa. Mhux bil-maqlub, u n-numri huma ċari, għalkemm il-Malta Women’s Lobby mhux qed jimplikaw li l-irġiel kollha jagħmlu dan.

Qabel ma tinqatel mara, hemm livell għoli ta’ tolleranza għal din l-imġieba kollha u n-nisa rari jiġu rikonoxxuti jew meħuda bis-serjetà mill-pulizija u s-soċjetà inġenerali.

Għalhekk, li jsostni li f’dan il-każ, żewġt irġiel ġew attakkati qabel ma l-vittma nqatlet b’mod vjolenti, ma jbiddilx il-kuntest tal-ġeneru li fih immaterjalizza dan il-qtil.

Li wieħed jipprova jiċħad dan fil-każ ta’ Paulina Dembska huwa ekwivalenti għall-qerda tar-realtà li n-nisa jesperjenza kuljum.