Futbol Sport

Robert Lewandowski jirbaħ l-unur tal-FIFA Best Player

(Ritratt: EPA)

L-attakkant ta’ Bayern Munich Robert Lewandowski rebaħ l-unur tal-FIFA Best Player wara l-istaġun formidabbli li kellu l-istaġun li għadda fejn skorja 69 gowl fil-kompetizzjonijiet kollha. Il-player Alex Puetellas ta’ Barcelona rebħet l-unur tal-FIFA Women’s Best Player għas-sena 2021.

L-attakkant Cristiano Ronaldo ngħata wkoll l-unur tal-FIFA Special Award wara li matul is-sena 2021 kiser ir-rekord tal-aktar gowls skorjati minn player wieħed ta’ kull żmien.

Il-coach ta’ Chelsea Thomas Tuchel rebaħ l-unur tal-aqwa coach tas-sena wara li wassal lil Chelsea għar-rebħ tal-UEFA Champions League l-istaġun li għadda u għall-finali tal-FA Cup, filwaqt li jinsabu fil-finali tal-EFL Cup dan l-istaġun.

Il-midfielder Erik Lamela rebaħ l-Puskas Award għall-isbaħ gowl tas-sena, bil-gowl rebbieħ ikun dak għal Tottenham kontra Arsenal fid-derby ta’ Londra fil-Premier League l-istaġun li għadda.

It-tim nazzjonali tad-Danimarka rebħu l-unur tal-FairPlay Award għall-mod amirrevoli li bih ġabu ruħhom fil-mument li fih ikkolassa il-plejer Daniż Christian Eriksen matul il-partita kontra l-Finlandja fil-Euro 2020.

L-unur tal-Goalkeeper tas-sena ntrebaħ mill-goalkeeper ta’ Chelsea Edouard Mendy li l-prestazzjonijiet tiegħu fl-ewwel staġun tiegħu ma’ Chelsea wassluh biex rebaħ ukoll il-UEFA Champions League.