Internazzjonali

Tonga: Reazzjoni wara l-iżbroff u t-tsunami

L-awtoritajiet ta’ fejda fi New Zealand fl-aħħar sigħat bagħat ajruplan lejn it-Tonga biex jagħmel evalwazzjoni tal-ħsarat fil-gżejjer mill-aħħar żbroff ta’ vulkan li anki ġġenera t-tsunami. L-iżbroff għatta lill-gżejjer fiz-zona tal-Paċifiku b’mantell  griż enormi u bis-servizzi tad-dawl u għall-komunikazzjoni fiz-zona jinqatgħu b’konsegwenza.

Il-Federazzjoni Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u soċjetajiet oħra ta’ fejda sostnew li sa 80,000 resident fil-gżejjer kapaċi huma affettwati mis-sitwazzjoni. Dan waqt li l-Prim Ministru ta’ New Zealand, Jacinda Ardern, qalet li t-tsunami ħalliet ħsara sinifikanti fil-gżejjer ta’ Tonga.

Għalkemm ma kienu rappuratati l-ebda imwiet, l-informazzjoni minn Tonga għadha mhix iddettaljata – bi New Zealand u l-Awstralja qed jieħdu ħsieb it-titjiriet ta’ sorveljanza biex jevalwaw l-impatt sħiħ tal-iżbroff u t-tsunami.