Lokali Qorti

Attakkata l-liġi tal-ordni tal-iffriżar tal-assi f’każ ta’ żewġt akkużati: “L-Avukat tal-Istat huwa skorrett”

F’kawża Kostituzzjonali li qed tinstema’ quddiem l-Imħallef Anna Felice fejn Keith Testa ta’ 29 sena u Carlos Dimech ta’ 27 sena li huma akkużati b’ħasil ta’ flus l-Avukat Stefano Filletti qal li l-Avukat tal-Istat huwa skorrett meta jgħid li l-assi ffriżati jistgħu jkunu proporzjonati u li l-Qorti tista’ tmexxi skont il-każ. L-irġiel qed jiġu akkużati fil-kapaċità personali tagħhom u bħala diretturi ta’ Pietà Marina Caterers Ltd li topera r-ristorant Onda Blu fil-Pietà.

Il-Qorti semgħet il-kuntest tar-rikors li sar mid-difiża fejn qalet li dan huwa bil-maqlub għal dak li jingħad kull darba mill-Avukat Ġenerali, huwa totalment oppost. Għadaqstant li qed jiġri huwa li l-Avukat Ġenerali jew mod u l-Avukat tal-Istat jgħid mod ieħor.

L-AĠ dejjen saħaq li Qorti Kriminali m’għandhiex il-poter li tneħħi ‘frezing order’ ghax il-ligi ma tippermetiix u minn naħa tiegħu l-Avukat tal-Istat qed jgħid li tista’ tirrimedja. L-AĠ dejjem argumenta li l-Qorti ma tistax tiċħad t-talba tiegħu għall-ħruġ ta’ ordni ta’ iffriżar imma Avukat tal-Istat qed jgħid li l-Qorti tista.

L-Avukat Filletti qal li l-Aukat Ġeneralki għandu raġun, anke jekk dan mhux sew. Apparti l-propjetà, din l-ordni tattakka kollox, mill-flus, mobiles, telephones, lap tops u saħansitra il-ħwejjeġ personali bil-bastkitjiet b’kollox.

L-Avukat kompla jgħid fil-Qorti li donnu li l-Avukat tal-Istat għadu ma fehemx il-frustarazzjoni li hemm fil-Qorti Klriminali dwar l-ordni ta’ ffriżar. “Kull ma qed nitolbu mhux li titneħħa imma dak li ma jkunx suġġett fl-allegat reat, l-akkużat ikollu jedd li jitlob lill-Qorti li tara li jekk l-ordni ġħandhiex tilkopixxi l-assi kollha jew part mill-assi.

Bħala eżempju huwa semma’ propjetà li ġejja minn wirt.”Għaliex din għandha taqa’ taħt ordni ta; ffrriżar u jekk ikkommettejt reat f’sena parikolari, u tagħmel reat illum għaliex għandu jidħol fis-seħħ kollox.

“Bħal pensjonant, għaliex għandha tinqabad il-pensjoni, meta dan huwa relatat ma xogħol li tkun għamilt tul ħajtek. Fil-liġi hemm li wieħed jingħata massimu ta’13,000 ewro fis-sena.  Dawn hemm uikoll problema fuqhom biex il-bank iħallashom, “ kompla jgħid l-Avukat.

Tenna li jekk għandek negozju, trid tħallas it-taxxa fuq is-senba preċedenti, kif se jħallas dak li għandu negozju, kif se jħallas il-VAT, il-polza tas-sigurta, fuq id-dar fuq il-karozzi, miżati tal-iskejjel  u jekk wieħed ikollu ‘loan’ mal-bank?. Dawn qed ikun problemi kbar u għalhekk mhux vera li l-‘freezing orde’r hija waħda propozjonata.

Il-Qorti ordnat li jibdew jinstemgħu l-provi fis-seduta li jmiss., Sadanitrant din it-talba diġa saret fil-Q Kriminali fejn ħareġ li l-liġi ma tippermmettix l-ebda ċaqliq u li l-ordni trid toħroġ fuq kollox, kemm sew dak li ġej minn frodi u dak li ġie qabel. Ir-rikors sar mill-Avukati Stefano Filleti u Nicole Galea.