Futbol Sport

Chelsea miżmuma minn Brighton

Fl-American Express Stadium Chelsea kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Brighton. Kienu Chelsea li fetħu l-iskor fit-28 minuta meta Joel Veltman naqas mill jtajjar il-ballun, b’Hakim Ziyech japproftitta u jixħet fix-xibka għal 1-0. Madanakollu Brighton kisbu d-draw fis-60 minuta meta minn corner ta’ Alexis Mac Allister kien Adam Webster li għola bir-ras fuq kulħadd u għeleb lil Kepa Arrizbalega għal 1-1. B’hekk Chelsea baqgħu fit-tielet post tal-klassifika b’44 punt, punt taħt Liverpool, filwaqt li Brigthon saħħew posthom fid-disa’ post tal-klassifika b’29 punt.

PREMIER LEAGUE

Illum: Brighton v Chelsea 1-1 Għada: Leicester v Tottenham 8.30pm, Brentford v Man Utd 9.00pm