Sfortunatament, fl-aħħar 24 siegħa tilfu ħajjithom 3 persuni oħra waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19 – raġel ta’ 60 sena, raġel ta’ 64 sena u raġel ta’ 80 sena. Dan itella l-ammont ta’ vittmi kawża tal-pandemija għall-509.
Fl-aħħar sigħat ġew irreġistrati 379 każ ġdid tal-Covid-19 f’pajjiżna. Dan filwaqt li 704 persuna ġew irreġistrati bħala mfejqa ….sabiex b’hekk l-każi attivi f’pajjiżna issa jammontaw għal madwar 9,181.
Bejn it-Tnejn u t-Tlieta il-pazjenti pożittivi rikoverati fl-Isptar Mater Dei naqqsu hekk kif issa qed jammontaw għal 107… b’disgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
//= $special ?>