Sport Sport Ieħor

Il-Brittaniċi Andy Murray u Emma Raducanu fit-tieni rawnd tal-Open tal-Awstralja

Il-Brittaniċi Andy Murray u Emma Raducanu għamluh għat-tieni rawnd tal-Open tal-Awstralja b’rebħiet Nikoloz Basilashvili u Sloane Stephens rispettivament. Andy Murray irritorna f’Melbourne għall-ewwel darba wara li fl-2019 kien ħabbar li se jkun qed jiritira minħabba injuries. Hu għeleb lis-seed numru 5 Basilashvili 6-1 3-6 6-4 6-7 6-4, biex issa se jkun qed jilgħab fit-tieni rawnd kontra l-Ġappuniż Taro Daniel nhar il-Ħamis.

Intant id-debuttanta fl-Awstralja Emma Raducanu ukoll kellha bidu mill-aqwa għall-esperjenza tagħha f’Melbourne hekk kif għelbet lil Sloane Stephens 6-0 2-6 6-1. Iż-żagħżugħa ta’ 19-il sena, li f’Settembru li għadda rebħet l-ewwel Grand Slam tal-karriera fi New York, se tilgħab kontra Danka Kovinic tal-Montenegro.

Aktar kmieni l-Ispanjol Rafael Nadal ukoll għadda għar-rawnd li jmiss meta għeleb lil-Amerikan Marcos Giron 6-1 6-4 6-2 fi straight sets. Nadal se jkun qed jittama li jirbaħ l-Open tal-Awstralja għat-tieni darba wara dak tal-2009, filwaqt li dan ikun il-21 Grand Slam fil-karriera tiegħu.