Futbol Sport

Il-Ghana eliminati b’telfa kontra l-Comoros

Minn Grupp C l-Ghana sofrew telfa umiljanti u eliminazzjoni mill-kompetizzjoni kontra l-Comoros bl-iskor ta’ 3-2. Il-Comoros fetħu l-iskor permezz ta’ El Fardou Ben Nabouhane, bil-Ghana jispiċċaw b’raġel inqas fil-25 minuta meta tkeċċa Andre Ayew. Ahmed Mogni rdoppja l-iskor qabel il-Ghana kisbu d-draw b’gowls ta’ Boakye u Djiku. Madanakollu l-Comoros skorjaw il-gowl tar-rebħa fil-85 minuta permezz ta’ Ahmed Mogni biex ta’ rebħa storika lil Comoros.

Il-Marokk u l-Gabon temmew fi draw ta’ 2-2 biż-żewġ timijiet jikkwalifikaw għall-fażi li jmiss. Kienu l-Gabon li fetħu l-iskor permezz ta’ Jim Allevinah, bil-Marokk iġibu l-gowl tad-draw minn penaltu ta’ Souffiane Bouafal fl-74 minuta. Il-Gabon reġgħu ħadu l-vantaġġ meta Nayed Argued tefa’ fix-xibka tiegħu stess, biex lejn it-tmiem kien freekick ta’ Achraf Hakimi li kiseb l-gowl tad-draw.

Minn Grupp B is-Senegal kisbu draw ta’ 0-0 kontra l-Malawi biex għaddew għall-fażi li jmiss. Habib Diallo u Sadio Mane kienu viċin li jiskorjaw għas-Senega, bil-Malawi jkollhom protesti għall-penalty mxejjna mir-referee.

Minn Grupp B ukoll kienu l-Guinea li għaddew mal-aħħar sittax minkejja t-telfa li sofrew ta’ 2-1 kontra ż-Żimbabwe. Iż-Żimbabwe marru żewġ gowls minn fuq fl-ewwel taqsima permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ Knowledge Musona u xutt fil-baxx ta’ Kudakwashe Mahachi. Naby Keita naqqas id-distakk għal Guinea b’xutt mill-isbaħ għal skor finali ta’ 2-1.

TAZZA TAN-NAZZJONIJIET AFRIKANI

Illum: Grupp B Malawi v Senegal 0-0, Zimbabwe v Guinea 2-1 Grupp C Gabon v Marokk 2-2, Ghana v Comoros 2-3