Futbol Sport

Imut il-leġġenda ta’ Real Madrid Francisco ‘Paco’ Gento

Tħabbret il-mewt tal-leġġenda ta’ Real Madrid u Spanja Francesco ‘Paco’ Gento fl-eta’ ta’ 88 sena. Gento qatta’ 18-il sena ma’ Real Madrid fejn hu l-unika player li qatt rebaħ sitt tazzi Ewropej fil-karriera tiegħu.

Gento lagħab 600 partita u skorja 182 gowl fejn għin lit-tim minn Madrid jirbaħ 12-il kampjonat, 2 titli tal-Copa del Rey kif ukoll Intercontinental Cup. Gento kellu wkoll ir-rekord tal-aktar player li rebaħ titli ma’ Real Madrid, 23, iżda dan ir-rekord kien megħlub minn Marcelo, meta nhar il-Ħadd li għadda daħa bħala sostitut fir-rebħa ta’ 2-0 fuq Athletic Bilbao fil-finali tas-Super Cup Spanjola.