Internazzjonali

Ingilterra: ‘Għandu jirriżenja dak il-Prim Ministru li jigdeb lill-Parlament …’

Żdiedet il-pressjoni fuq il-Prim Ministru Britanniku Boris Johnson, fost akkużi li hu qarraq lill-Parlament dwar festin bix-xorb alkoħoliku li kien seħħ f’Mejju tal-2020, fi żmien meta r-Renju Unit kien qed ikun suġġett għal-lockdown minħabba l-impatt tal-Covid-19.

Il-festin kien seħħ fil-ġonna tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’10 Downing Street ( Londra) u issa, il-Viċi-Prim Ministru Britanniku, Dominic Raab qed jgħid li ‘normalment, f’każi fejn Prim Ministru jinstab li kien qed jigdeb lid-deputati fil-House of Commons, hu ma jkollux għażla oħra ħlief li jirriżenja’.

Dan wara li Dominic Cummings. eks konsulent ewlieni għall-Prim Ministru Britanniku, ukoll akkuża lil Johnson b’li kien ‘għadda l-informazzjoni ħażina’ dwar il-festin lid-deputati f’Londra.

Cummings, li kien għadu qed jaħdem f’ Downing Street fiż-żmien meta sar il-(fl-20 ta’ Mejju tal-2020) sostna, fil-blog tiegħu, li Johnson ‘kien avżat minn qabel dwar l-avveniment’ u li ‘hu ( Johnson) kien imwissi wkoll li l-festin kellu jmur kontra l-linji gwida tas-sigurtà għal waqt il-pandemija’.  

Cummings żied li hu kien wissa personalment lil Boris Johnson dwar ‘ir-riperkussjonijiet’ u li l-Prim Ministru xorta baqa’ ma tax kasu. Dan waqt li żewġ eks-uffiċjali oħra ta’ Downing Street żvelaw li huma ‘jiftakru’ li Cummings kien infurmahom ‘bil-fatt li hu ta parir lill-Prim Ministru biex ma jħallix li l-festin isir’.