Lokali

Isofri ġrieħi gravi wara li ttajjar minn vettura fil-Ħamrun

Raġel ta’ 58 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn vettura l-bieraħ għall-ħabta tal-5pm fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun

Fuq il-post issejħu l-Pulizija fejn mill-ewwel investigazzjoni li saret irriżulta li l-vittma, residenti l-Ħamrun intlaqat minn vettura misjuqa minn mara ta’ 47 sena residenti Tal-Pietà.

Fuq il-post wasal tim mediku mill-Isptar Mater Dei fejn taw għajnuna lill-vittma fuq il-post. Iktar tard hu ttieħed l-Isptar permezz b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.