Sport Sport Ieħor

Jenise Spiteri se tirrappreżenta lil Malta fl-Olimpjadi tax-Xitwa

L-isnowboarder Maltija ibbażata f’California, Jenise Spiteri se tkun l-unika atleta li se tirrappreżenta lil Malta fl-Olimpjadi tax-Xitwa f’Beijing. Spiteri ikkonfermat postha fil-logħob li se jsiru bejn l-4 u l-20 ta’ Frar, meta kellha prestazzjoni mill-aqwa fid-dixxiplina tal-half-pipe fit-Tazza tad-Dinja li kienet qed issir fl-Iżvizzera.

Il-Kumitat Olimpiku Malti spjega li l-atleti prospettivi Shannon Galea kif ukoll Elise Pellegrin ma rnexxielhom jikkwalifikaw għall-post fl-Olimpjadi f’Beijing. Pellegrin kienet l-ewwel Maltija li ħadet sehem fl-Olimpjadi tax-Xitwa f’ Sochi fl-2014 kif ukoll fi Pyeongchange fl-2018, iżda naqset milli tikseb post fl-edizzjoni ta’ din is-sena.

Iċ-Chief de Mission ta’ dan il-kontinġent se tkun id-Direttur Sportiv tal-Kumitat Olimpiku Malti Charlene Attard.