Futbol Sport

Juventus u Lazio fir-rawnd li jmiss tal-Coppa Italia

(Ritratt: EPA)

Juventus kisbu rebħa faċli ta’ 4-1 fuq Sampdoria biex b’hekk għamluha għar-rawnd li jmiss tal-Coppa Italia.
Fil-25 minuta Juventus fil-vantaġġ permezz ta’ JUAN QUADRADO li għeleb lil Wladimiro Falcone għall-uniku gowl matul l-ewwel taqsima. Fit-52 minuta minn azzjoni ta’ Quadrado lejn Arthur li kkrossja b’DANIELE RUGANI bir-ras jgħeleb lil Falcone għat 2 – 0 . B’Sampdoria jwettqu reazzjoni fit-62 minuta naqqsu l-iskor. Cross ta’ Tommaso Augello lejn ANDREA CONTI li b’xutt b’saħħtu fil-baxx għeleb lil Perrin 2 – 1 . Fis-66 minuta minn żball ta’ Falcone , approfitta PAULO DYBALA li għamel l-iskor 3 – 1. Minn penalty fis-76 minuta kien ALVARO MORATA li kompla jkabbar l-iskor għal

Juventus 4 – 1Lazio kisbu rebħa minima ta’ 1-0 meta wara l-ħin barrani huma għelbu lil Udinese biex għaddew għar-rawnd li jmiss tal-Coppa Italia. Partita aktar diffiċli mill-previst għal Lazio . Partita f’mumenti falluża tant li r-referee Daniele Minelli ammonixxa xejn anqas minn tnax il-plejer bejn iż-żewġ timijiet. Fil-106 minuta minn azzjoni ta’ Danilo Cataldi kien CIRO IMMOBILE li bl-opportuniżmu tas-soltu għeleb lil Marco Silvestru f’dak li kellu jkun deċiżiv . Biżżejjed għal Lazio biex jgħaddu għar-rawnd li jmiss.

COPPA ITALIA

Illum: Lazio v Udinese 1-0, Juventus v Sampdoria 4-1 Għada: Sassuolo v Cagliari 5.30pm, Inter v Empoli 9.00pm