Il-Knisja f’Malta tifraħ lil Roberta Metsola għall-ħatra tagħha bħala President tal-Parlament Ewropew.
L-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex jawguraw li permezz ta’ ħidmietha, il-proġett Ewropew ikompli jinbena fuq il-valuri fundamentali li jirrispettaw id-dinjità u d-drittijiet tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza u s-saltna
tad-dritt taċ-ċittadini kollha Ewropej b’mod partikolari tal-persuni vulnerabbli.