Il-Fondazzjoni LifeCycle ġabret u tat €10,000 lis-sezzjoni fl-Isptar Mater Dei fejn il-pazjenti jingħataw kura għal problemi fil-kliewi biex ikomplu jingħataw il-kura meħtieġa.
Il-fondi, li se jkunu qed imorru għal Traccia software solution għat-trapjant tal-kliewi, inġabru waqt NESCAFÉ LifeWalk Challenge 2021 minn 32 partiċipant li għamlu 100 mil tul ir-Renju Unit.
Kull persuna li qed tistenna għat-trapjant ikollha tagħmel testijiet tad-demm kull erba’ xhur biex ikunu konxji la darba jkun hemm xi tibdil li jaffetwa t-trapjant. Dan il-proċess jinżamm fis-software biex jitħaffef u jagħmel il-proċess iktar faċli.
//= $special ?>