Futbol Sport

Marsa jirritornaw għar-rebħ b’gowl f’kull taqsima

Chris Cassar

MARSA ………………………. 2

ST.ANDREW’S ……………. 0

Marsa: A. Cassar, G. Virano, S. Arab, S. Bezzina, C. Gatt Baldacchino, I. Montanaro, R. Darmanin, K. Bonello, G. Mckay, A. Samb, V. Alinho.

St.Andrews: B. Mangion, I. Azzopardi, M. D’Alessandro, N. Bradshaw, S. Martinez, A. Nilsson, K. Sano, J. Farrugia, D. Camilleri, M. Bartolo, A. Borg Olivier.

Referee: Sandro Spiteri

Marsa rritornaw għar-rebħ wara serje twila ta’ riżultati diżappuntanti meta b’gowl f’kull taqsima għelbu lil St. Andrew’s 2-0, biex bis-saħħa ta’ din ir-rebħa jerġgħu jqawwu t-tamiet tagħhom li jisfidaw għall-promozzjoni.

Minbarra r-riżultat anki l-wirja ta’ Marsa kienet konvinċenti kontra avversarji li minkejja li qed jissieltu kontra r-relegation, bħas-soltu taw wirja ferm tajba. Fil-fatt il-logħba kienet ferm bilanċjata u missielta, iżda Marsa kienu ferm attenti fid-difiża u konkreti fl-attakk fejn sfruttaw tnejn mill-ftit okkażjonijiet ta’ skor li kellhom.

Il-logħba kienet ferm interessanti fl-ewwel minuti biż-żewġ naħat ifittxu gowl kmieni u biż-żewġ naħat jersqu qrib meta t-tnejn laqtu l-lasti avversarja. Fit-23 minuta Marsa marru fil-vantaġġ meta Siraj Arab daħal tajjeb fuq ix-xellug u minn pożizzjoni ferm angolata għeleb lil Mangion bil-ballun jaħbat mal-lasta qabel spiċċa fix-xibka.

Tliet minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima u Marsa skorjaw it-tieni gowl fejn mertu kbir reġa’ kellu Siraj Arab li qabeż żewġ avversarji qabel daħal fil-kaxxa u spara xutt li kien parzjalment salvat minn Mangion u Amadou Samb kompla għal ġewwa bir-ras.

Riżultat li ma jikkuntenta lil ħadd

Fgura U ……………………… 0

Swieqi U ………………………0

Fgura: L. Moore, L. Pisani, D. Caruana, TF Grech, JC Silva Ewertton, M. Brincat, J. Stensen, K. Gandini, JR Vella, S. Borg, D. Quintero

Swieqi: JC Debattista, N. Gauci, J. Magri Overend, K. Sultana, I. Micallef, AD Schembri Wismayer, M. Vella, FB Garcia, K. Muscat, F. Temile, M. Micallef

Referee: Jason Portelli

Ir-ritorn tal-kampjonat BOV Challenge fis-sena 2022 ra lit-timijiet ta’ Fgura u Swieqi jkomplu l-impenji tagħhom bi draw ta’ mingħajr gowls. Dan kien it-tielet draw konsekuttiv għal Swieqi, li issa ilhom ma jirbħu logħba mis-27 ta’ Novembru, meta kienu rebħu bl-iskor ta’ 2-1 kontra Mġarr. Iżda r-riżultat ċertament li kien ta’ diżappunt akbar għal Fgura, li fallew milli jżommu l-pass mal-ewwel tliet timijiet fil-klassifika.

L-aħjar azzjoni għal Swieqi fl-ewwel taqsima waslet fin-nofs siegħa logħob, meta x-xutt ta’ Temile minn tarf il-kaxxa għadda ftit għoli. Fgura kellhom ċans tajjeb tnax-il minuta wara minn freekick ta’ Gandini li mar ftit barra.

It-tieni taqsima kienet waħda ferm bilanċjata, u ż-żewġ timijiet ftit taw spazju lil xulxin. Fl-aħħar fażi tal-partita, Fgura kienu aktar avventurużi minn Swieqi u ħolqu aktar ċansijiet ta’ skor. Kwarta mit-tmiem, Fgura kienu perikolużi meta x-xutt ċentrali minn distanza qasira tal-captain Vella ġiet salvata mill-gowlkiper Debattista. Żewġ minuti wara, l-istess Debattista reġa’ kien strumentali bejn il-lasti ta’ Swieqi, hekk kif irnexxielu jdawwar f’korner ix-xutt b’saħħtu ta’ Silva Ewertton.

Fl-aħħar ftit sekondi tal-partita, ix-xutt tas-sostutit Gabriel Borg ġie salvat minn Debattista, u mir-rebound reġa’ kien il-gowlkiper li salva l-attentat tas-sostitut Prudente. Iżda dawn l-isforzi ma kinux biżżejjed u ż-żewġ timijiet kellhom jikkuntentaw ruħhom b’punt kull wieħed.

Tasal l-ewwel rebħa ta’ St.George’s

ST.GEORGE’S …………………….. 2

SAN GWANN …………………….. 0

St. George’s: L. Saliba, I. Abela, K. Suemitsu, G. Sultana, R. De Fex, Z. Bowman, R. Micallef, R. Sammut, N. Borg, M. Xuereb, J. Sorza Marin

San Gwann: C. Formosa, A. Xuereb, K. Bartolo, J.P. Attard, L. Mallia, S. Loshi, N. Radojevic, S. Kuyper, B. Hili, J. Vella, C. Omoruanzoje.

Referee: Joseph Scerri

St. George’s kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu lil San Gwann b’gowl f’kull taqsima. Kienet rebħa mistħoqqa li tiftaħ xi ftit ta’ tama lis-Saints li jistgħu jwettqu rimonta u jinqalgħu mill-aħħar post.

Għal San Gwann wirja deludenti fejn it-tim għamel diversi żbalji speċjalment quddiem il-lasta avversarja.

San Gwann ħarġu fuq l-attakk iżda wara tliet minuti kienu maħsuda meta Kouta Suemitsu fajjar ġmiel ta’ xutt mid-distanza bil-ballun jispiċċa fir-rokna tax-xibka. San Gwann komplew jattakkaw u Kuyper falla ċans tad-deheb wara azzjoni tajba ma’ Benjamin Hili.

L-istess Hili mpenja lil Saliba li salva fil-baxx b’diffikulta. F’risposta ta’ kontrattakk St. George’s resqu qrib b’xutt ta’ Ryan Micallef jgħaddi ftit barra.

Kif bdiet it-tieni taqsima opportunita’ għal San Gwann permezz ta’ Hili iżda din kien imwaqqaf minn ħarġa kuraġġuża tal-goalkeeper. Fis-67 minuta ċans tajjeb għal St.George’s li jagħlqu  l-logħba bix-xutt ta’ Ryan Micallef salvat bi bravura minn Formosa.

Il-gowl wasal fit-73 minuta meta Ryan Micallef skorja bi ġmiel ta’ xutt minn tarf il-kaxxa. San Gwann issa fetħu assedju fuq il-lasta Bormliża bil-goalkeeper Saliba jwettaq diversi saves importanti.

Żebbuġ jilħqu lil Pieta’ fl-ewwel post

Pieta’ …………………………….. 0

Żebbuġ …………………………. 1

Pieta’: R. Cini, S. Okoh, S. Mizzi, M. Portelli, D. Zerafa, J. Ghio, A. Abdeen Temitope, ID Neverton, D. Grima, Z. Leonardi, J. Scicluna

Żebbuġ: J. Azzopardi, S. Bugeja, T. Bartolo, Y. Tonna, A. Mizzi, M. Perez Jimenez, S. Diacono, R. Vella, J. Sciberras, S. Milosmovic, GJ Gesualdi

Referee: Malcolm Spiteri

Il-leaders tal-klassifika Pieta’ soffrew telfa iebsa kontra Żebbuġ, li b’din ir-rebħa hekk telgħu fil-quċċata tal-klassifika, b’20 punt daqs l-istess Pieta’. Grupp B tal-Kampjonat Challenge jibqa’ ikun wieħed ferm missielet bejn l-ewwel erba’ ħames timijiet.

Fl-ewwel taqsima, iż-żewġ timijiet kienu ferm bilanċjati u ftit taw opportunitajiet lill-avversarji li jersqu lejn il-lasti difiżi minnhom. Wara 19-il minuta logħob, Żebbuġ marru viċin meta daqqa ta’ ras ta’ Bugeja fuq korner għaddiet tħakkek mal-mimduda.

Ir-risposta ta’ Pieta’ kienet immededjata għaliex ħames minuti wara, xutt angolat ta’ Temitope għadda ftit barra. Fis-27 minuta reġgħu kienu Żebbuġ li ttantaw xortihom permezz ta’ Miloskovic, li ra x-xutt tiegħu bid-dawra ixellef il-lasti.

Fit-tieni taqsima, iż-Żebbuġin kienu- superjuri għall-avversarji tagħhom u kienu aktar offensive. Fil-75 minuta, wara ġirja tajba, Bartolo għadda ċentrali lejn is-sostitut Liam Gauci, iżda x-xutt ta’ dan tal-aħħar għada ftit barra. Tliet minuti wara, freekick minn barra l-kaxxa tal-istess Gauci għadda għoli.

Fis-86 minuta, il-gowlkiper Azzopardi wettaq save stipend fuq il-captain Scicluna, meta dan tal-aħħar seraq ballun f’nofs id-difiża ta’ Żebbuġ u ħarab tajjeb biex ġie wiċċ imbwiċċ mal-gowlkiper, iżda x-xutt tiegħu ġie mtajjar f’korner minn Azzopardi.

L-isforzi ta’ Żebbuġ ġew ippremjati żewġ minuti mit-tmiem, f’azzjoni ferm veloċi maħduma minn Perez, li ħarab tajjeb fuq il-lemin u għadda ċentrali lejn is-sostitut Silveira da Silva, li xeħet fix-xibka b’xutt fil-baxx.