Lokali

Roberta Metsola issellem il-memorja ta’ Paulina Dembska u Ashling Murphy

“Jien naf li llum, jien wasalt f’din il-pużizzjoni bis-saħħa ta’ Ashling, Paulina u dawk in-nisa kollha li din is-sena diġa nsterqitilhom ħajjithom”

Hekk stqarret il-President il-ġdida tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola waqt li kienet qed tirringrazja lil dawk kollha li wrewa appoġġ matul ħajjitha, speċjalment f’dawn il-jiem ta’ elezzjoni.

Madankollu waqt ir-ringrazzjament tagħha Roberta Metsola għamlet referenza u wriet solidarjeta mal-familji ta’ Paulina Demska u Ashling Murphy, li din is-sena tilfu ħajjithom kawża ta’ femiċidju madwar l-Ewropa.

Roberta Metsola selmet il-memorja ta’ Paulina Dembska studenta Pollakka ta’ 29 sena li tilfet ħajjitha fit-2 ta’ Jannar f’tas-Sliema u Ashling Murphy ta’ 23 sena, għalliema fi skola primarja, li l-ġimgħa l-oħra nqatlet waqt li kienet qiegħda tiġġogja ħdejn Cappincur, Tullamore, Country Offaly, fl-Irlanda.

Metsola se tkun it-tielet mara li ngħata l-irwol ta’ President tal-Parlament Ewropew f’dawn l-aħħar 20 sena, b’Metsola temfażizza l-bżonn li jintemm darba għal dejjem l-att ta’ femiċidju.

Tags