Internazzjonali

Problemi għall-kantanta Hazel O’Connor

Il-kantanta u attriċi Britannika Hazel O’Connor qed tirkupra minn emorraġija fil-moħħ, bir-rapporti jgħidu li hi kellha tkun suġġetta għal koma artifiċjali li damet għal numru speċifiku ta’ sigħat.

Sar magħruf li l-artista, li għamlet isem kbir fis-snin tmenin b’kanzunetti bħal Eighth Day u Will You, kienet twasslet l-isptar minn Franza aktar kmieni fix-xahar u b’ħuha, issa jibgħat messaġġ fuq il-media soċjali biex jgħid li oħtu bdiet turi progress wara jiem ta’ inċertezza.

Intant kellhom jitħassru d-dati ta’ tour li Hazel O’Connor kellha tagħmel bejn ix-xahar id-dieħel u Ġunju. Fil-fatt, l-uniku show ta’ O’Connor, is-sena li għaddiet, kien sar f’Coventry bħala parti mill-festival tal-UK City of Culture.