Internazzjonali Lokali Unjoni Ewropea

AĠĠORNATA: Roberta Metsola eletta President tal-Parlament Ewropew b’maġġoranza kbira

L-MEP tal-Partit Nazzjonalista, il-Maltija Roberta Metsola ġiet eletta fil-kariga prestiġjuża ta’ President tal-Parlament Ewropew.

Roberta Metsola, ġiet eletta mal-ewwel għadd u issa hi l-iżgħar persuna li qatt okkupat din il-kariga. L-MEP tal-PN saret l-ewwel mara li qed tokkupa din il-kariga sa mill-1999.

Il-Maltija kisbet 458 minn 690 vot, appoġġ qawwi mill-maġġoranza assoluta tal-MEPs.

Fl-ewwel diskors tagħha bħala President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola l-ewwel tkellmet bil-Malti u qalet grazzi lill-membri tal-Parlament Ewropew, u kollegi ewropej; “Grazzi, b’umiltà inħossni onorata bir-responsabiltà li qed tafdawni biha. Inwiegħed li ser naħdem bl-enerġija kollha tiegħi f’isem dan il-parlament u għall-ġid taċ-ċittadini Ewropej.”