Futbol Sport

Sirens isalvaw punt fit-tieni taqsima kontra l-leaders Hibernians

Rowen Camilleri

HIBERNIANS…….1

SIRENS………………1

Hibernians: M. C. Cremona, L. Almeida, M. Ellul (R. Dos Anjos 75’) A. Attard (Z. Grech 75’), J. Grech, J. Degabriele, D. Vella, E. Beu, A. Agius, G. Izquier, W. Domoraud (J. Zerafa 84’)

Sirens: J. Debono, C. Riascos, C. Borg, K. Reid, B. Gavrilla (D. Jackson 68’), A. Effiong (F. Avoce 68’), D. Albanese, A. Borg, J. Walker, C. Lonardelli, A. Cini

Skorjaw: J. Degabriele 15’(H), K. Reid 72’ (S)

Imwissija: M. Ellul 52’ , E. Beu 85’(H)

Referee: Glenn Tonna

Assistenti Referees: Jurgen Spiteri u Mark Ciantar

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Dunstan Vella (Hibernians)

BOV Plejer tal-logħba: Jonathan Debono (Sirens)

F’logħba li rat l-aħjar tagħha fit-tieni taqsima Hibernians waqqgħu żewġ punti mhux maħsuba meta fl-istadium tagħhom ġew dro ta’ 1-1 kontra Sirens.

Il-leaders tal-Kampjonat Premier kellhom bosta plejers regolari nieqsin fosthom Thaylor, Ferdinando Apap u l-captain Bjorn Kristensen b’dan tal-aħħar jitlef il-kumplament tal-istaġun wara injury li sofra.

Wara kwarta logħob it-tim immexxi minn Stefano Sanderra mar fil-vantaġġ. Kien kross mix-xellug ta’ Izquier li ġie fuq id-difensur ta’ Sirens Lonardelli u b’tentattiv li jitfa l-fuq, il-ballun ġie f’saqajn JURGEN DEGABRIELE li minn qagħda favorevoli għeleb lil Jonathan Debono. Fl-24 minuta Sirens kienu perikolużi meta Walker tefa ballun fit-tul lejn Reid, bil-Ġamajkan jikkontrolla tajjeb iżda l-konklużżjoni tiegħu kienet imxelfa minn Calleja Cremona u mtajjra mid-difiża. Fl-34 minuta Jake Grech qassam tajjeb lejn Wilfried Domoraud li rebaħ dwell fiżiku ma’ Albanese iżda l-goalkeeper Debono ħareġ fil-ħin u tajjar minn saqajn l-attakkant tal-Pawlisti. Għaxar minuti wara Jurgen Degabriele żmarka tajjeb lil Jake Grech iżda l-plejer tal-logħba Jonathan Debono wettaq save tajjeb fuq l-Internazzjonali Malti biex żamm lil Sirens fil-logħba.

Sirens ħarġu tajjeb u żewġ minuti mill-bidu tat-tieni taqsima rnexxielhom jidħlu fil-kaxxa avversarja l-ewwel ikun Effiong li prova minn quddiem Debono bil-goalkeeper li beda l-istaġun ma’ Hibernians jirnexxielu jxellef biex eventwalment l-azzjoni sfumat fix-xejn.  Hibernians minn naħa l-oħra resqu viċin meta Dunstan Vella bidel il-ballun ma’ Jurgen Degabriele iżda x-xutt ta’ dan tal-aħħar imur barra. Fit-72 minuta Sirens ġabu l-iskor indaqs meta kien is-sostitut Degran Jackson li ħarab mil-lemin u wara li daħal fil-kaxxa qassam lejn in-nofs fejn sab lil KEMAR REID li xellef il-ballun wara Calleja Cremona. It-tentattivi ta’ Hibernians li jieħdu t-tliet punti kienu kollha għal xejn hekk kif Sirens irnexxilhom iżommu l-iskor indaqs sa tmiem il-konfront.