Futbol Sport

Sliema jkomplu jiddiżappuntaw

(Ritratt: Catriel Farrugia)

SLIEMA …………….. 1

GŻIRA ……………….. 3

Sliema: T.Aquilina, J.Rengifo, R.Schiavi, G.Aquilina, M.Scerri, I.Gui, M.Piciollo, J.Farrugia, M.Beerman, D.Vukovic, M.Davis

Gżira: D.Zarkov, G.Bohrer, M.Cosic, N.Muscat, S.Pisani, Z.Scerri, Y.Messias, A.Pavic, N.Portelli, M.Maia, J.De Assis

Referee: A.Johnson

Assistenti Referees: A.Camilleri, P.Apap

Fit-Tony Bezzina Stadium Gżira kisbu rebħa mportanti ta’ 3-1 fuq Sliema, li min-naħa tagħhom baqgħu għaddejin bis-serje ta’ riżultati diżappuntanti li żammewhom fl-aħħar post tal-klassifika.

Kienu Gżira li fetħu l-iskor fit-12-il minuta meta minn freekick kien Steve Pisani li għeleb lil Timmy Aquilina għal 1-0. Fit-18-il minuta Gżira għamluhom tnejn meta kien Maxuell Maia li approfitta minn żball tal-goalkeeper Aquilina u qabbeż minn fuqu għal 2-0, riżultat li bih intemmet l-ewwel taqsima.

Fit-tieni taqsima Sliema kienu viċin li l-gowl fil-65 minuta meta minn cross kien Jean Paul Farrugia li ra d-daqqa ta’ ras tiegħu salvata tajjeb mill-goalkeeper ta’ Gżira Darko Zarkov. Gżira għalqu l-partita fis-70 minuta meta minn kontrattakk veloċi kien Jefferson De Assis li xeħet fix-xibka għal 3-0.

Sliema naqqsu d-distakk fis-87 minuta meta kien Jean Paul Farrugia li bir-ras għeleb lil Zarkov għal 3-1. B’hekk b’dan ir-riżultat Gżira telgħu fil-ħames post tal-klassifika b’20 punt filwaqt li Sliema baqgħu fl-aħħar post b’4 punti.