Lokali Qorti

Sqalli mixli li stupra Maltija fir-residenza tiegħu

Ritratt mill-Arkivji

Sqalli ta’ 44 sena inżamm baqa’ miżmum taħt arrest wara li ġie mixli quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello li stupra mara Maltija li toqgħod fin-naħa t’isfel ta’ Malta u li ssekwestraha kontra l-volonta tagħha. Il-prosekuzzjoni allegat li l-mara, li għamlet perjodu f’relazzjoni mal-akkużat spiċċat stuprata wara li hija marret tgħidlu ċaw għax kien sejjer Siracusa peress li ommu kienet tinsab l-isptar. L-allegat att seħħ fl-14 ta’ Jannar li għadda bejn is-7.00pm u d-9.00pm. fir-residenza tal-akkużat Tas-Sliema.

L-Isqalli li jaħdem bħala delveryman wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih bl-Avukat Roberto Montalto filwaqt li għamel talba għal libertà proviżorja qal li jeżistu provi u evidenza oħra relatata mal-każ mill-mobile tal-klijent tiegħu. Montalto qal li saret prassi f’każijiet bħal dawn li l-akkużat jagġmel xi jumejn jew 15-il ġurnata arrestat minħabba li tkun trid tixhed il-vittma u dwar l-intraċċ tal-provi. Punti oħra li jissemmew mill-prosekuzzjoni huwa li m’għandux rabtiet ma’ Malta.

L-Avukat qal li l-akkużat ilu Malta ħames snin u jħallas it-taxxa, għandu xogħol regolari u huwa persuna ta’ min jafdah. “L-inġaġġ tiegħi seħħ wara li ġejt ikkuntattjat minn fejn jaħdem hu, u dan għax għandhom stima kbira lejh. Dwar ir-tabtiet, Montalto qal li dan huwa minn Sqallija, prattikament wara Għawdex, din hija is-‘sister island’ u hawn mhux qed nitkellmu fuq in-Niġerja, kompla jgħid. Tenna li kull każ għandu l-fatti speċi tiegħu.

Kompla jgħid li  jidher li hemm qbil li r-relazzjoni tiegħu mal-allegata vittma kienet fit-tul u qatt ma jidher li kien hemm xi rapport ieħor qabel. Qal li bejn il-koppja kienet biss xi ħaġa fiżika u li kienu midħla ta’ xulxin, inċident li seħħ bħal leħqa ta’ berqa’.

Montalto qal li dak inhar tal-inċident kienet il-vittma li ppreżentat ruħua mhux mistennija fil-bieb tal-imputat. Il-Prosekuzzjoni minn naħa tagħha mmexxija mill-Avukat Angelle Vella, mgħejjuna mill-Ispetturi John Spiteri u Colin Sheldon qalet li hemm il-biża legalment fondata għal intraċċ tal-provi.

Fattur ieħor huwa li l-mara taħdem bieb ma’ fejn joqgħod l-akkużat. Montalto irribatta blli qal li huwa joqgħod ftit il-bogħod mill-Għassa tal-Pulizija ta’ Tas-Sliema, u l-każ ġie rappurtat ġranet wara. L-Ispettur Spiteri qal li hija ma marrix l-għassa mill-ewwel għax spiċċat b’żarbuna waħda. Ingħad ukoll mill-prosekuzzjoni li l-fatt li għadha ma xehdtix il-Qorti, dak li ġara ġara u li l-akkużat m’għandux permess ta’ residenza huma fatturi mportati. Ingħad ukoll li Sqallija ma tagħmilx parti mit-territorju Malti.

L-Ispettur Mifsud qal li l-oġġezzjoni hija l-aktar minħabba biża ta’ kontaminazzjoni ta’ provi. Intraċċ. Marret għandu biex tgħidlu ċaw għax kien sejjer jara lil ommu, u ma marx għax ma ħax il-booster tal-vaċċin, peress li jaħdem fil-qasam tal-‘fisheries’.

Montalto qal li ommu qed tmut,u issa minħabba dawn il-proċeduri kapaċi mhux se jara aktar. L-Ispettur Mifsud qal li għandu nformazzjoni li ta’ spiss huwa kien imur jaraha. Wara li qieset iċ-ċirkostanza tal-każ u l-gravita tiegħu l-Qori ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq biża ta’intraċċ tal-provi u ġħax kien hemm relazzjoni fit-tul bejn il-partijiet.  Hija talbet ukoll lill-prosekuzzjoni biex il-vittma tixhed fl-ewwel appuntament li jmiss.

Il-prosekuzzjoni talbet ukoll biex tinħareġ ordni ta’ protezzjoni mhux biss fil-konfront tal-allegata vittma, imma wkoll fuq iż-żewġ uliedha u dan minħabba s-sigurtà tagħhom. Id-difiża f’dan listadju ma kellhiex oġġezzjoni dwar dan. Saret talba biex fil-media ma jissemmewx il-vittma u uliedha u biex tiġi protetta tagħha, u għall-istess raġuni mhux qed jissemma isem l-akkużat.