Propju ftit tal-ħin wara li Roberta Metsola ġiet eletta uffiċalment bħala l-Preswident il-ġdid tal-Parlament Ewropew, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech permezz ta’ Facebook post saħaq li Roberta Metsola uriet li meta wieħed jistinka, jista’ jasal u minkejja li ġejja minn gżira żgħira, xorta waħda tista’ taħdem u timxi ‘l quddiem.
Huwa feraħ lil Roberta Metsola ta’ din ir-rebħa u rringrazzjaha talli bil-ħidma tagħha qed tkompli tgħolli isem pajjiżna ‘l fuq.
Permezz ta’ stqarrija, Il-Partit Nazzjonalsita feraħ ukoll lil Roberta Metsola li għadha kemm ġiet eletta b’maġġoranza assoluta bħala President tal-Parlament Ewropew. Il-Partit Nazzjonalista hu kburi b’Roberta Metsola, membru tiegħu li tirrappreżentah fil-Parlament Ewropew
//= $special ?>