Lokali

Approvata unanimament in-nomina ta’ Graziella Galea għall-co-option

Veronica Perici Calascione eletta Segretarju Internazzjonali ġdid tal-PN

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista waqt laqgħa li saret illejla approva unanimament lill-Perit Graziella Galea biex b’co-option tieħu post David Thake bħala Membru Parlamentari fuq it-12-il-distrett.

Fl-istess seduta wkoll il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ħatar lil Veronica Perici Calascione bħala Segretarju Internazzjonali wara elezzjoni, bil-Kandidat l-ieħor ikun Liam Sciberras.

Fl-elezzjoni, Veronica Perici Calascione kisbet total ta’ 59 vot mit-total ta’ 89 vot mitfugħ.

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista rringrazzja lil David Thake u lil Roselyn Borg Knight għax-xogħol tagħhom, filwaqt li awgura lil Graziella Galea u Veronica Perici Calascione għall-ħidma tagħhom rispettivament.