Wara l-elezzjoni ta’ Roberta Metsola bħala l-President il-ġdid tal-Parlament Ewropew, David Casa nħatar mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech bħal l-Kap il-ġdid tad-Delegazzjoni tal-Partit fl-istess istituzzjoni Ewropea.
F’Novembru li għadda, appena Roberta Metsola kkonfermat il-kandidatura tagħha għall-Presidenza tal-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Popolari Ewropew, Casa rrinunzja l-pożizzjoni ta’ Kwestur fi ħdan il-Parlament bħala sinjal ta’ appoġġ għan-nomina tagħha.
Dan hekk kif, skont ir-regolamenti tal-Parlament Ewropew, ma jistax ikun hemm żewġ membri tal-istess grupp politiku jew tal-istess Stat Membri f’karigi għoljin. Id-deċiżjoni li kien ħa David Casa sabet l-appoġġ ta’ bosta, fosthom ta’ Mandy Mallia, oħt il-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia, li fuq Twitter fakkret kif il-ħatra ta’ Roberta Metsola kienet possibbli grazzi għall-altruwiżmu li kien wera Casa.
Bħala Kap tad-Delegazzjoni, li kienet anke uffiċjalizzata mat-tmexxija tal-Partit Popolari Ewropew, David Casa jippreżenta l-pożizzjoni ta’ Malta fil-fora tal-PPE b’rabta mal-ħidma Parlamentari.
//= $special ?>