Futbol Sport

Gudja b’rebħa faċli fuq Santa Lucia

(Ritratt: Catriel Farrugia)

SANTA LUCIA ………………… 0

GUDJA U. ……………………….. 3

Santa Lucia: J.Haber, A.Prates, J.Pisani, N.Pulis, P.Mota (K.Xuereb 64′), V.Plut, A.Souza, M.Valpoort (B.Agius 76′) , J.Tanti (A.Vella 64′), J.Zerafa (L.Mckay 64′), D.Xuereb (E.Camilleri 83′)

Gudja U: G.Zammit, M.Muchardi, A.Friggieri (K.Gatt 90′), R.Soares, T.Gusman, L.Cremona (T.Nagamatsu 90′), G.Mensah (H.Vella 85′), A.Selemani (N.Dzalamidze 76′), N.Tabone (N.Micallef 85′), J.Ramires, M.Dias,

Referee: Ishmael Barbara

Assitenti Referees: Roberto Vella, Duncan Spencer

Fis-Centenary Stadium Gudja kisbu rebħa konvinċenti ta’ 3-0 fuq Santa Lucia, f’partita li l-Gudja ddominaw. Aidan Friggieri kien il-protagonist għal Gudja li skorja darbtejn biex ta rebħa mportanti lit-tim tiegħu.

Huma marru fil-vantaġġ lejn tmiem l-ewwel taqsima meta Matias Muchardi għadda lejn Aidan Friggieri li xeħet fil-baxxa wara Justin Haber għal 1-0. Huma rdoppjaw fit-52 minuta meta minn pass din id-darba ta’ Ahinga Selemani reġa’ kien Friggieri li li għeleb lil Haber għal 2-0.

Gudja prattikament għalqu l-partita erba’ minuti wara meta minn cross ta’ Llywelyn Cremona kien Tensior Gusman li bir-ras xeħet fix-xibka għal 3-0. Intant b’din ir-rebħa Gudja telgħu fid-disa’ post tal-klassifika b’14-il punt filwaqt li Santa Lucia baqgħu fl-għaxar post bi 11-il punt, wara serje ta’ ħames partiti mingħajr rebħa.