Jidher li hemm possibilta’ kbira li l-pandemija tintemm din is-sena. Hekk saħaq Sir Jeremy Farrar, direttur tal-Wellcome Trust u eks konsulent tas-SAGE waqt kummenti li ta lill-media l-Erbgħa filgħodu, fejn qal li se tkun meħtieġa aktar trasparenza, partikolarment fejn jidħol l-oriġini tal-virus, sabiex jiġu evitati pandemiji oħra ta’ dan it-tip fil-futur.
Huwa qal li kemm ir-Renju Unit kif ukoll numru ta’ pajjiżi oħra jinsabu f’pożizzjoni aħjar sabiex jiġġieldu dan il-virus qerriedi. Dan hekk kif il-maġġoranża tal-popolazzjoni tal-pajjiz hija mlaqqma għal kontra l-Covid-19, u l-infezzjonijiet li qed ikunu rappurtati fir-Renju Unit qegħdin jonqsu b’mod regolari. Intant, f’konferenza tal-aħbarijiet illi saret l-Erbgħa waranofsinhar, il-Prim Ministru Ingliz Boris Johnson irrilaxxa numru ta’ miżuri abbinati mal-Covid-19. Dawn jinkludu …
- L-ilbies tal-maskra m’għadux obbligatorju kemm fi stabbilimenti, kif ukoll fl-iskejjel tas-sekondarja u fuq it-trasport pubbliku.
- Ir-remote working se jispiċċa.
- U r-restrizzjonijiet kemm fi djar tal-anzjani kif ukoll fi djar għall-kura se jitnaqqsu bid-dettalji jingħataw aktar ‘il quddiem.
Madanakollu, il-PM Boris Johnson qal li wieħed li jirriżulta pożittiv għall-Covid-19 xorta waħda għandu joqgħod f’iżolament għal ħamest ijiem u jkun jista’ joħroġ biss wara li jagħmel żewġ testijiet tal-Coronavirus u jirriżultaw fin-negattiv.
Boris Johnson qal li l-miżuri tas-Self-Isolation jiskadu fl-24 ta’ Marzu, u jispera li ma jerġgħux jiġġeddu. Il-Prim Ministru tar-Renju Unit qal li l-gvern se jistabbilixxi strateġija fit-tul sabiex il-pajjiż jevita restrizzjonijiet fil-futur.
Johnson tenna li sabiex jseħħ dan… il-poplu Ingliz irid jibqa’ kawt matul dawn l-aħħar ġimgħat tax-Xitwa.
Fi zviluppi ohra, … Franza rrappurtat madwar nofs miljun każ ġdid ta’ Covid-19. Filwaqt li fil-Ġermanja .. għall-ewwel darba mill-bidu tal-Pandemija sal-lum, ġew irreġistrati aktar minn 100,000 każ ġdid tal-virus fi żmien 24 siegħa.
//= $special ?>